Marziale

Il-Vittmi tar-Regħba

Emilio Lombardi

Number of Pages: 576

Year Published: 2017

14.95

Marziale kien negozjant kbir ġewwa Le Havre fi Franza u kellu ġid kemm jesa’ ġildu, imma r-regħba kbira li kellu għall-flus ġegħlitu jagħmel delitti kbar biex jistagħna minn fuq dahar ħaddieħor. Biżżejjed ngħidu li huwa qatel lil zijuh Riccardo Bernier biex mingħalih li se jirtu, billi huwa kien l-uniku qarib tiegħu. Iżda l-folja nqalbet u Marziale malajr sab li ma kien wiret xejn.
Ulied Riccardo, li allura daħlu fis-sehem ta’ wirt missierhom, jaħilfu li jivvendikaw il-mewt ta’ missierhom u jibqgħu sakemm iġibu lil Marziale u l-kompliċi tiegħu taħt idejhom u jittorturawhom sal-mewt.
Imma kif Marziale ppretenda li jiret lil zijuh meta dan kellu lil uliedu?

1 in stock