Kapitali

Wayne Flask

Number of Pages: 328

Year Published: 2017

15.00

Bejn kafè l-Belt, permessi m’għand il-MEPA, religio et patria u Soċjalisti sexy, l-istorja ta’ Flask hi forsi iktar veritiera minn dik li mingħalina nafu.” – Claire Bonello
Tidħaq … sa ma d-daħq jinbidel fi tħassib … Flask iħalli ’l-qarrej b’nifsu maqtugħ sal-gran finale fejn ma tkunx taf x’laqtek.” – Ramona Depares
Robert, dak il-beżqa li kien l-klassi miegħi. Kien tela’ sparat dak minn Tas-Sliema eh, bis-saħħa ta’ missieru kien qala’ lil tnejn mill-antiki.
Sitting opposite, with enough glee I want to punch him, is that Daniel Borg who was at school with me. He’s in the mould of these new Labour poster boys, clean-shaven, blue tie, very able to navigate through the rapids with a ton of bullshit strapped to his waist. 
Daniel u Robert għadhom kif bdew jagħmlu l-ewwel passi l-politika. Avversarji iżda kollegi, differenti iżda fotokopji. Ipoġġu fuq naħat differenti tal-Parlament ta’ pajjiż li ma jafx xi jrid, minn fejn ġie u fejn hu sejjer.
Imma Daniel u Robert jafu sew fejn sejrin, u jafu wkoll li qalb il-ħurrieq li jikber l-Parlament, is-sriep ħadd mhu se jarahom.
Li ma jafux, Daniel u Robert, hu li ’l fuq minnhom, fit-torrijiet, hemm l-id li qed tmexxi, tikkonsolida u tħejji għall-ġejjieni.
It-torrijiet iwaddbu dell fuq Malta moderna. Ħadd minn dawk li jħarsu ’l fuq lejhom ma jaf iwieġeb mistoqsija waħda: minn fejn ġejjin il-flus?

 

4 in stock