Il-Kunsill Ta’ L-Eġittu

Dionisju Mintoff

Number of Pages: 100

Year Published: 1997

5.82

Il- protagonista ta’ dan ir-rumanz huwa Ġużeppi Vella, Malti li għex fis-seklu tmintax u għamel isem f’ Palermo, fi Sqallija. Twieled il-Belt Valletta fl-1739, wieħed mill-erbat itfal ta’ Gaetano, alluġar tal-knisja ta’San Ġwann. Kien min familja fqira, iżda moħħu x’aktarx jagħtih. Mar Palermo fis-1778 fejn kellu għadd sewwa ta’ qraba mrawma fin-negozju. Sar popolari ħafna u kien jagħmilha ta’ interpretu ta’ l-Għarbi u t-Taljan. Vella fuq xkaffa fil-bibjoteka tal-Kunvent ta’ San Martino delle Scale sab manuskritt li jitratta dwar il-qagħda u l-ħakma ta’ l-Għarab fi Sqallija. Vella sastna li kien miktub fi lsien Għarbi qadim u li hu biss seta jaqrah. Imma dan ma kien xejn ħlief Malti miktub b’karattri Għarbin

1 in stock