Sale!

Duminku Mintoff

Bejn Storja U Miti; Ġabra Ta' Kitbiet.

Number of Pages:

Year Published:

35.00 20.00

Ftit diffiċli tikteb u tanalizza bniedem li kellu rwol determinanti fl-iżvilupp ta’ Malta bħala nazzjon. Diffiċli aktar meta nkunu għadna fi żminijiet kontemporanji mal-ħajja ta’ bniedem bħal dan. Mal-mogħdija taż-żmien, l-istorja donnha tiffiltra u taħsel kollox minn elementi żejda u mhux importanti u jibqgħu dawk il-punti essenzjali u determinanti li sawru l-istorja. L-istorja tħalli biss dawk il-passaġġi ewlenin li ħolqu toroq maġistrali fl-iżvilupp ta’ nazzjon. Ħafna mill-aspetti li llum nistgħu narawhom importanti bil-mod il-mod jindifnu darb’ għal dejjem u oħrajn mhux biss jibqgħu jgħammru f’kuxjenza kollettiva ta’ nazzjon imma jikbru u jespandu u saħansitra jsiru miti.

3 in stock